Ċentru tat-Trasparenza
Sir af iktar dwar il-
politiki ta' Google
Il-ħidma biex nilħqu l-għan tagħna li nwasslu informazzjoni siewja lil kulħadd tibda billi noffru servizzi siguri. Żur iċ-Ċentru tat-Trasparenza tagħna biex tifhem il-politiki li jħarsu lill-utenti mill-ħsara u l-abbuż u biex issib informazzjoni dwar kif noħolqu dawn il-politiki u niżguraw li l-utenti jimxu magħhom.
Naħdmu biex niżguraw is-sigurtà fuq l-
internet
-
8.3B
Reklami ħżiena mblukkatiFl-2025, imblukkajna biljuni ta' reklami ħżiena fil-prodotti ta' Google biex nipproteġu lill-utenti.1 -
20.7M
vidjows ta' YouTube mneħħijaAktar minn 20.7 miljun vidjow imneħħija fit-tieni nofs tal-2025 minħabba li kisru l-Linji Gwida tal-Komunità tagħna.2 -
264 elf
URLs imneħħija mill-indiċiFit-tieni nofs tal-2025 biss, neħħejna aktar minn 264 elf URL irrappurtati għal CSAM mir-riżultati ta' Google Search.3
Il-Politiki ta' Google
Inżommu ekosistema diġitali ġenwina
Biljuni ta' persuni jużaw Google kuljum biex jiksbu informazzjoni ta' kwalità għolja u ta' min joqgħod fuqha fuq l-internet. Aħna nieħdu r-responsabbiltà tagħna li noffru prodotti u s-servizzi ta' kwalità u li nrawmu l-fiduċja fost l-utenti tagħna b'serjetà kbira. Ir-regoli tas-servizz, il-politiki tas-servizzi, il-politiki għall-iżviluppaturi u l-linji gwida għall-komunità qegħdin hemm biex jgħinuna nilħqu l-għan ewlieni tagħna li nżommu l-utenti siguri.